Internazzjonali

Imut l-attur Nicholas Brendon fl-età ta’ 54 sena

L-attur Amerikan Nicholas Brendon, magħruf l-aktar għall-parti prinċipali li interpreta f’Buffy the Vampire Slayer, miet fl-età ta’ 54 sena.

Permezz ta’ stqarrija fuq il-midja soċjali, sar magħruf li Brendon miet fl-irqad tiegħu b’kawża naturali.

Brendon, li kellu 54 sena, kien jaħdem il-parti ta’ Xander Harris, il-ħabib tal-qalb tal-karattru ewlieni Buffy Summers fis-serje televiżiva meqjusa bħala waħda ikonika tas-snin 90. Brendon deher fis-seba’ staġuni tas-serje bejn l-1997 u l-2003, u għalhekk sar wiċċ familjari mal-udjenzi, speċjalment iż-żgħażagħ.

Matul il-karriera tiegħu, Brendon kiseb tliet nominazzjonijiet għall-Saturn Awards għax-xogħol tiegħu fis-serje, u deher ukoll f’diversi produzzjonijiet televiżivi bħal Criminal Minds, Private Practice u Kitchen Confidential, kif ukoll f’films bħal Psycho Beach Party u Big Gay Love.

Brendon kien jitkellem pubblikament dwar l-isfidi ta’ saħħtu, inkluż problemi tal-qalb, u għamel żewġ operazzjonijiet fix-xewka ta’ dahru. L-attur kien ukoll itemtem, u kien kelliem ta’ Stuttering Foundation of America