“Programm ta’ formazzjoni li qed ikompli jħeġġeġ nisa jkunu lesti u preparati għal ħajja politika”
Kien dan is-sentiment li ħareġ f’laqgħa li saret bħala parti minn kors imtella’ mill-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista f’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni AZAD – Bil-għan li iktar nisa jidħlu fil-ħajja politika u ma jibżgħux jagħmlu dak il-pass li jmiss.
Liema sessjonijiet ġew fi tmiethom wara li dawk li ħadu sehem inqasmu fi gruppi sabiex jiddiskutu setturi varji u joħorġu bi proposti u ideat rigward dak li kellhom jiddiskutu.
Dan anke wara li l-Kap tal-PN Alex Borg indirizza lil dawk preżenti li pparteċipaw – fejn saħaq li dawn il-programmi kapaċi jwassalu sabiex aktar nisa jkunu parteċipi fit-tmexxija tal-pajjiż u fil-ħajja politika.
Alex Borg kompla jisħaq li l-għan ta’ dawn l-inizjattivi hu li l-politika Maltija li hi magħmula l-iktar mill-irġiel, ikun hemm iktar rapreżentazzjoni ugwali bejn iż-żewġ sessi.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kompla jgħid kif dawn il-programmi ta’ formazzjoni jippromovu mhux biss il-ġeneru tal-mara imma anke jifforma l-karattru sod – ħajja politika mibnija fuq il-kapaċità u mhux biss fuq is-sessi.
Min naħa tiegħu is-segretarju Ġenerali tal-PN Charles Bonello saħaq li l-AZAD u dawn il-programmi ta’ formazzjoni huma rikkezza li ghandu l-PN – dan sabiex jkun hemm l-investiment meħtieġ fi gruppi speċifiċi halli jkun hemm nies iktar imhargin li eventwalement isiru politici li jagħmlu unur lil pajjizna.
Charles Bonello għalaq billi qal li l-involiment politiku ma jirrekjedix biss li jkun hemm aktar nisa bħala kandidati iżda anke li jipparteċipaw u jagħtu l-ideat tagħhom fil-fora politika.
Intant dan il-programm laqa’ fih ammont ta’ nisa li wrew jsaħħu l-ħiliet tagħhom bil-għan li jkun hemm dejjem aktar involviment tan-nisa fil-politika.
//= $special ?>

