Għada fuq Net Television mill-5.00pm ‘l quddiem, jixxandar id-19-il programm Sport Extra bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli. Fl-ewwel parti tal-programm, mistieden is-sewwieq żagħżugħ tal-F4 Jacob Micallef, rebbieħ tal-kategorija Atleta Żagħżugħ tas-Sena 2025 fis-66 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali.
Fit-tieni parti, intervista esklussiva ma’ wieħed mill-aqwa atleti ta’ kull żmien Piros Dimas. Fil-karriera tiegħu, rebaħ erba’ midalji Olimpiċi fil-weightlifting fl-1992 f’Barcelona, fl-1996 f’Atlanta u fl-2000 f’Sydney flimkien ma’ midalja tal-bronż mirbuħa fl-2004 f’Ateni meta dakinhar ħabbar li rtira.
Fl-intervista Piros Dimas imur lil hinn mill-kompetizzjonijiet, b’referenza dwar l-isport inġenerali u dak kollu marbut miegħu. Sport Extra għandu lil Andreas Borg bħala responsabbli mill-muntaġġi tas-servizzi u filmati minn Ramon Farrugia u Bernie Dimech.
//= $special ?>

