Ix-Xlokk tal-Ingilterra qed jesperjenza żieda fl-ammont ta’ każijiet ta’ meninġite B, b’uffiċjali tas-saħħa qed jinvestigaw hekk kif din il-marda diġa’ ħasdet il-ħajja ta’ erbgħa u tletin persuna.
L-awtoritajiet qed jgħidu li qed jikkontrollaw it-tixrid tal-virus u enfasizzaw li, minkejja li l-marda hija minn innifisha serja, ir-riskju għal ħafna persuni huwa baxx.
Skont l-investigazzjoni preliminari, it-tixrid tal-infezzjoni beda bejn il-5 u s-7 ta’ Marzu minn nightclub f’Canterbury, fejn membru tal-istaff kien suspettat li kellu meninġite B. Fiż-żona, uffiċjali tas-saħħa bdew itqassmu maskri u antibiotics, b’enfasi speċjali fl-University of Kent, u ħabbru li l-istudenti se jkunu offruti l-vaċċin.
Mill-2021 ‘l hawn, rati ta’ meninġite invażiva qed jiżdiedu fl-Ewropa, b’każijiet predominanti marbuta mal-istess familja ta’ grupp B, bħal dik preżenti fl-Ingilterra. Rapporti internazzjonali jindikaw li persuna li żaret l-University of Kent rritornat Franza kellha każ ta’ meninġite.
F’Europa, 12-il pajjiż joffru l-vaċċin b’xejn għat-trabi, inkluż Malta, li ssaħħaħ l-importanza tal-prevenzjoni fost iż-żgħażagħ u l-familji.
//= $special ?>

