Il-poplu Malti u Għawdxi l-inqas li qed jagħmel tfal fl-Ewropa – dan hekk kif ir-rata ta’ fertilità ta’ Malta baqgħet l-inqas waħda fl-Unjoni Ewropea hekk kif ir-rata kompliet tonqos mis-snin preċedenti.
Dan wara li skont ċifri maħruġin mill-Eurostat wrew li r-rata ta’ fertilità f’Malta hija dik ta’ 1.01 wild għal kull mara fil-pajjiż.
Dan ifisser li fl-2024, kull mara f’Malta u Għawdex kien qed ikollhom medja ta’ wild wieħed biss.
Filwaqt li l-kriżi fil-fertilità u l-popolazzjoni hija tema diskussa mhux biss mill-Partit Nazzjonalista iżda saħansitra mill-Ministru Clyde Caruana li sostna li jekk ma jsir xejn se nkunu qed ngħidu fil-ġejjieni li xi darba kien hawn il-Maltin….hija inkwetanti kif mill-miljuni ta’ ewro li ntefqu għal Viżjoni 2050 m’hemm ebda studju dwar id-demografija tal-pajjiż fis-snin li ġejjin.
Ir-riżultati tal-aħħar 10 snin juru konsistentament li l-Maltin mhux qed jirriproduċu b’rata suffiċjenti u li sa mill-2017 pajjiżna kellu l-inqas rata ta’ fertilita fost l-istati membri Ewropej. U minkejja li fl-aħħar snin Malta rreġistrat l-inqas twelid ta’ trabi fl-Ewropa, ċifri oħrajn urew iswed fuq l-abjad li bejn l-2013 u l-2023 pajjiżna ra l-akbar żieda fil-popolazzjoni, ammonti li ġew xprunati mill-influss qawwi ta’ ħaddiema barranin fis-suq tax-xogħol Malti
//= $special ?>

