Il-kowċ tat-tim Nazzjonali Malti, ħabbar l-iskwadra finali mgħajjta għall-partiti deċiżivi kontra l-Lussemburgu mill-Play-Off tal-UEFA Nations League għal League C.
L-ewwel leg se tintlagħab it-Tlieta li ġej, fl-Istadium Nazzjonali fis-6pm. It-tieni leg tintlagħab il-Ħamis 31 ta’ Marzu, f’Jum il-Ħelsien, fl-istess ħin.
Goalkeepers
Henry Bonello (Ħamrun Spartans FC), Rashed Al Tumi (Sliema Wanderers FC), Matthias Debono (Naxxar Lions FC).
Difensuri
Zach Muscat (Chaves FC – POR), Juan Carlos Corbalan (Marsaxlokk FC), Kurt Shaw (Hibernians FC), Enrico Pepe (Marsaxlokk FC), Jean Borg (Sliema Wanderers FC), Gabriel Mentz (Gżira United FC), Ryan Camenzuli (Ħamrun Spartans FC), Myles Beerman (Floriana FC),
Midfielders
Matthew Guillaumier (Ħamrun Spartans FC), Brandon Diego Paiber (Valletta FC), Alexander Satariano (Athens Kallithea FC – GRE), Yannick Yankam (Valletta FC), Jake Azzopardi (Valletta FC), Teddy Teuma (Standard de Liege – BEL), Adam Magri Overend (Sliema W. FC), Jake Grech (Floriana FC).
Attakkanti
Joseph E. Mbong (Ħamrun Spartans FC)*, Paul Mbong (Floriana FC), Ilyas Chouaref (Sion FC – SUI), Irvin Cardona (AS Saint-Étienne – FRA), Trent Buhagiar (Tampines Rovers – SGP), Keyon Ewurum (Torino FC), Andrea Zammit (Valletta FC).
*Joseph Mbong se jkun sospiż għall-ewwel leg f’Ta Qali.

Joseph Mbong (Ritratt: Joseph Galea)
Il-plejers li tħallew barra wara li kienu oriġinarjament mgħajjta mal-iskwadra proviżorja huma: Il-goalkeeper James Sissons, ta’ Chesterfield FC, id-difensur James Carragher ta’ Wigan Athletic, id-difensur laterali ta’ Birkirkara, Aleandro Garzia, id-difensur laterali ta’ Floriana, Carlo Zammit Lonardelli u l-attakkant ta’ Ħamrun Spartans, Shaisen Attard.

Shaisen Attard (Ritratt: Joseph Galea)
Huwa magħruf li Carragher ma ġiex mgħajjat hekk kif kien qiegħed isoffri injury serja fl-għaksa dan l-aħħar xhur, u wara diskussjonijiet mal-klabb tiegħu Wigan Athetic, it-tim Nazzjonali Malti ddeċieda li tkun l-aħjar għażla li Carragher jirkupra mal-klabb tiegħu.

James Carragher
//= $special ?>

