Il-votanti fi Franza qegħdin jeleġġu lis-Sindki għall-ibliet ta’ Pariġi u Marsilja, flimkien ma’ aktar minn 1,500 muniċipalità. Eżerċizzju meqjus bħala barometru kruċjali għall-popolarità tal-partiti politiċi qabel l-elezzjoni tas-sena d-dieħla għall-Presidenza Franċiża.
Fi Franza hemm kważi 35,000 muniċipalità li jvarjaw minn ċentri urbani ewlenin sa ftit villaġġi b’numri żgħar ħafna ta’ residenti.
Madankollu, is-sindki fi Franza jibqgħu l-aktar uffiċjali fdati fuq livell lokali u dan jixhed l-importanza li qed tingħata lil dawn l-elezzjonijiet li jagħlqu tard matul il-lejl.
Il-vot tallum qed isir ġimgħa wara l-ewwel rawnd tal-proċess fejn ħafna Franċiżi astjenew mill-vot. Intant, f’dak ir-rawnd kienu spikkaw ir-riżultati tajbin għall-Partit Rally Nazzjonali tal-lemin estrem u l-Partit għal Franza Soda li hu entità radikali tax-xellug. Fażi tal-elezzjoni li ma kenitx daqstant favorevoli għall-Partit Renaissance tal-President Franċiż Emmanuel Macron li kien iddiżappunta bis-sħiħ fil-vot.
//= $special ?>

