Futbol Sport

Inter miżmuma minn Fiorentina, id-distakk bejn Inter u Milan jerġa’ jaqa’ għal sitt punti

(Ritratt: EPA)

Dik li dehret rebħa ċerta għan-Nerazzuri kellhu jkun diżappunt kbir hekk kif Inter reġgħu waqgħu l-punti, din id-darba kontra Fiorentina li qed jissieltu kontra r-relegazzjoni.

Punt fundamentali għal Viola li jkabbru d-distakk miż-żona ‘l ħamra b’żewġ punti, u f’dan l-istadju tal-istaġun kull tip ta’ punti jistgħu jagħmlu differenza enormi.

Inter fetħu l-iskor wara minuta logħob permezz ta’ Esposito, u Fiorentina għamlu l-iskor indaqs bil-gowl ta’ Cher Ndour fis-77 minuta.

Rebħiet stupendi għal Como u Roma li jitfgħu ħafna pressjoni fuq Juventus wara d-draw tal-Bianconeri kontra Sassuolo s-Sibt. Como kabbru d-distakk tagħhom għal tlett punti, filwaqt li Roma laħqu lill-Vecchia Signora fil-ħames post.

Como ħadu rebħa impressjonanti ta’ 5-0 kontra Pisa. Riżultat li jħalli lil Pisa fl-aħħar post tal-klassifika, b’18-il punt minn 30 partita, u 9 punti ‘l bogħod mis-salvazzjoni. Distakk li f’dan il-perjodu tal-istaġun huwa diffiċli ħafna li jinbidel.

It-tim ta’ Fabregas jiftaħ l-iskor wara 7 minuti minn Asane Diao, segwit minn gowl ta’ Anastasios Douvikas wara nofseigħa logħob.

Gowls minn Martin Baturine, Nico Paz u Maximo Perrone fit-tieni taqsima jagħtu r-rebħa lil Como.
Roma għelbu lil Lecce 1-0 permezz ta’ gowl minn Robino Vaz fit-tieni taqsima.

Atalanta resqu iżjed viċin post fl-Ewropa meta għelbu lil Hellas Verona 1-0 bil-gowl ta’ Davide Zappacosta fis-37 minuta.

Lazio għelbu lil Bologna fi Stadio Renata Dell’Ara, bl-iskor finali ta’ 2-0.

Bologna setgħu jiftħu l-iskor wara 51 minuta hekk kif Riccardo Orsolini nkariga ruħu minn penalty, pero l-attakkant laterali ma rnexxielux isib ix-xibka, u ħalla lill-Biancoceleste jiskorjaw darbtejn iżjed tard fil-partita permezz tad-dopjetta ta’ Kenneth Taylor.