Internazzjonali

Is-Slovenja: Test elettorali għall-Prim Ministru Golob

L-elezzjoni ġenerali li qed issir fis-Slovenja se tiddeċiedi jekk il-pajjiż jibqax iħaddan politika taċ-ċentru-xellug inkella jaqlibx lejn il-lemin – bil-Prim Ministru liberali, Robert Golob, qed jiffaċċja l-isfida tar-rivali konservattiv Janez Janša.

Il-protagonisti ewlenin f’din l-elezzjoni huma l-Moviment tal-Ħelsien ta’ Golob u l-Partit Demokratiku Sloven ta’ Janša, li hu alleat tal-Prim Ministru tal-Ungerija Viktor  Orbán – minbarra li hu wkoll ammiratur tal-President Amerikan Donald Trump.

L-ebda partit ma kien qed jidher favorit fis-sigħat qabel il-vot, bl-analisti jsostnu li l-ebda kandidat mhu mistenni jikseb maġġoranza ċara fil-Parlament ta’ Ljubljana magħmul minn 90 deputat…..Sitwazzjoni li kapaċi tfisser li l-pajjiż,’il quddiem, jitmexxa minn koalizzjoni bis-sehem ta’ xi partiti żgħar.