Sport Sport Ieħor

Itro bl-ewwel rebħa f’Malta fi klassi Premier

Kenneth Vella

L-erbatax -il laqgħa tal-istaġun fuq tmien tiġrijiet kollha tat-trott saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Ħamsa minn dawn taw il-bidu għall-kampjonat tat-Tazza San Franġisk għal żwiemel tal-klassi Copper fuq distanza qasira ta’ 2140 metru. Saret ukoll tiġrija normali tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640 metru u li ntrebħet minn Itro misjuq minn Clint Vassallo.

Ħmistax -il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Zinfandel (Charles Camilleri) kien l-aktar b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn Itro (Clint Vassallo) u Black Mission (Jesmar Gafa’). Madankollu fl-aħħar metri, Zinfandel beda’ jnaqqas mill-pass u eventwalment inqabeż minn Itro li ħa l-ewwel rebħa f’Malta b’żewġ tulijiet minn Black Mission u Zinfandel. Mon’s Tornado (James Briffa) daħal warajhom f’dik l-ordni. Ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.14.3” fil-kilometru.

Mill-ħames heats Copper, organizzati bl-għajnuna ta’Gain Nutrition għoxrin żiemel għaddew għas-semifinali. Fl-ewwel heat kien il-Franċiż Espoir D’Amour (Paul Galea) li ħa l-ewwel rebħa staġjonali wara li żied il-pass fl-aħħar 500 metru. Dan ħareġ rebbieħ faċilment b’distakk ta’ sitt tulijiet.

Gringo Marancourt (Kirsten Axisa) li kien quddiem għal parti twila tad-distanza tat-tielet heat Copper beda’ jnaqqas mill-pass 300 metru mil-linja finali. Dan inqabeż minn Gima Tege (Clint Vassallo) li ħadet it-tieni rebħa nfila minn Mareenasin (Jonathan Spiteri). Il-Franċiż Look D’Awa (Leon Zammit) ħa l-ewwel rebħa f’Malta fit-tielet heat wara li kellu sprint tajjeb fl-aħħar metri.

Frederick Mallia kien strumentali biex il-Franċiża Jenna Du Val D’Or tieħu t-tieni rebħa konsekuttiva fir-raba’ heat, b’tul minn Fakir Piya (Rodney Gatt). Id-debuttant Kiri Farceur (Jesmar Gafa’) irreġistra l-ewwel rebħa fi xtutna fil-ħames u l-aħħar heat Copper.

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. My Love ML (M. Farrugia) Ħin – 3.21” (1.16.1”) 2. Indien Du Liamone (R. Gatt) 3. Indian Blues (N. Baldacchino) 4. Instant De Beaum (P. Galea)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Kamila Des Monts (Cherise Farrugia) Ħin – 3.21.9” (1.15.5”) 2. Snick Chick (R. Gatt) 3. Andover Heaven (P. Galea) 4. Half Tege (P. Spiteri)

III Tiġrija. Heat Tazza San Franġisk Gain Nutrition. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Espoir D’Amour (P. Galea) Ħin – 2.42” (1.15.7”) 2. Rose Lloyd (D. Farrugia) 3. Ice Dream Keruzoc (M. Attard) 4. Invictus Boy (J. Gafa’)  

IV Tiġrija. Heat Tazza San Franġisk Gain Nutrition. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1.  Gima Tege (C. Vassallo) Ħin – 2.43.2” (1.16.3”) 2. Mareenasin (J. Spiteri) 3. Gringo Marancourt (K. Axisa) 4. Kulk Di Leone (N. Cauchi)

V Tiġrija. Heat Tazza San Franġisk Gain Nutrition. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1.  Look D’Awa (L. Zammit) Ħin – 2.43” (1.16.2”) 2. Iriac Du Passage (Ch. Camilleri) 3. Ivanhoe De Retz (W. Cutajar) 4. Eald Breed (R. Gatt)

VI Tiġrija. Heat Tazza San Franġisk Gain Nutrition. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1.  Jenna Du Val D’Or (F. Mallia) Ħin – 2.42.9” (1.16.1”) 2. Fakir Piya (R. Gatt) 3. Cadol De La Noemie (M. Falzon) 4. Galys Du Patural (Ch. Camilleri)

VII Tiġrija. Heat Tazza San Franġisk Gain Nutrition. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1.  Kiri Farceur (J. Gafa’) Ħin – 2.41.6” (1.15.5”) 2. Jasmin De Coulamer (C. Farrugia) 3. Fangio Du Bocage (R. Gatt) 4. Imperial Choice (R. Magro)

VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Itro (C. Vassallo) Ħin – 3.16.1” (1.14.3”) 2. Black Mission (J. Gafa’) 3. Zinfandel (Ch. Camilleri) 4. Mon’s Tornado (J. Briffa)