Basketball Sport

Kampjonat BOV Irġiel: L-aħħar ftit partiti qabel il-play-offs

(Ritratt: Stephen Christopher Vella)

Colin Schembri

Tmiem il-ġimgħa li għaddiet offra biss żewġ logħbiet, hekk kif il-partita bejn Luxol Sherries Estates u Valletta Dream ma saritx minħabba li Valletta Dream ma kellhomx biżżejjed players u kellhom jagħtu walk-over.

Starlites Revive………..99

Athleta AtoZ……………79

(21-23)(26-16)(21-26)(31-14)

Starlites Revive ħarġu rebbieħa 99-79 fuq Athleta AtoZ f’partita li baqgħet miftuħa sa tmiem it-tielet sessjoni, iżda ġiet deċiża b’mod ċar fl-aħħar perjodu. Starlites għollew ir-ritmu fl-aħħar taqsima wara li sabu ruħhom minn taħt u fetħu distakk deċiżiv, wara li kienu diġà qed jiddominaw f’aspetti kruċjali bħal punti minn turnovers (27 kontra 4) u fast break points (29 kontra 16). Il-fond tat-tim kien fattur importanti b’42 punt mill-bank, filwaqt li kkontrollaw ukoll it-tieni opportunitajiet b’26 punt minn offensive rebounds. Athleta baqgħu kompetittivi għal ħafna mill-ħin, iżda ma rnexxielhomx iwaqqfu l-ispinta finali ta’ Starlites. Starlites serħu lil Alec Felice Pace għal din il-partita u rkupraw lil Musa Jallow. Il-partita fetħet b’ritmu għoli bi trippli fuq kull naħa bi Starlites jieħdu vantaġġ bil-punti kontinwi ta’ Jallow fil-waqt li Robert Vitale u Orlando Little irrispondew għall-Athleta. Athleta marru fuq quddiem 17-13 wara baskets minn Marcus Duffy u Little però punti konsekuttivi ta’ Jallow u Jackson ħallew lil Starlites viċin. Athleta fetħu vantaġġ ta’ 5 punti wara baskets minn Seba Ebelashvili u Isaac Bonett però Starlites għalqu bi trippla ta’ Kai Fabri għal skor ta’ 21-23. Fit-tieni perjodu Starlites bdew b’run ta’ 9-3 bi trippla ta’ Matthew Scerri u marru 4 minn fuq 30-26. Ir-risposta ta’ Athleta ġiet minn Little b’sitt punti wara xulxin però Starlites kellhom run oħra ta’ 10-0 bi trippli minn Travis Fee u Miguel Fabri. Wara risposta minn Athleta bi trippla ta’ Robert Vitale, Starlites għalqu b’seba’ punti konsekuttivi fosthom trippla ta’ Jackosn Threadgill minn tlett kwarti tal-court għal skor ta’ 47-39.

Wara l-intervall, Starlites fetħu b’żewġ trippli minn Threadgill u Scerri u kabbru l-vantaġġ. Athleta wieġbu bi trippla ta’ Vitale u punti minn Duffy u Bonett biex fis-sitt minuta l-vantaġġ ta’ Starlites kien ta’ 13-il punt 61-48. Athleta rkupraw u għamlu run ta’ 11-3 b’diversi punti ta’ Duffy fosthom trippla u naqqsu d-distakk għal 5 punti 59-64. Fee waqqfilhom ir-run però Athleta kellhom żewġ trippli oħra minn Little u Luca Borg u kellhu jkun basket ta’ Threadgill fl-aħħar attakk li jagħti vantaġġ ta’ 3 punti lil Starlites 68-65. Fl-aħħar sessjoni, wara punti minn Jallow, Athleta rnexxielhom saħansitra jippareġjaw 70-70 u jmorru minn fuq wara żewġ trippli ta’ Borg. Dan kien il-mument li reġa’ qajjem lil Starlites li minn hemm ‘l quddiem huma għamlu run ta’ 13-0 bi trippli ta’ Fee u Threadgill flimkien ma’ Jallow. Bonett waqqfilhom ir-run però Starlites reġgħu għamlu break ieħor ta’ 10-0 hekk kif kienu f’kontroll totali tal-partita li rebħu fuq skor ta’ 99-79.

Starlites Revive: K. Fabri 5, T. Fee 14, A. Aquilina, I. Felice Pace 4, M. Fabri 6, Z. Said Hollier, M. Scerri 8, J. Iturmendi 8, J. Threadgill 27, K. Xuereb 2, G. Camilleri, M. Jallow 25.

Athleta AtoZ: M. Duffy 15, S. Ebelashvili 6, R. Vitale 15, I. Bonett 9, L. Borg 10, O. Little 24, M. Farrugia.

Referees: Fiorentina Ciurariu, Miguel De Flavia, Leonardo Silvero

The Plaza Depiro………60

Hibernians………………..80

(22-20)(21-21)(12-27)(5-12)

Hibernians kisbu rebħa ta’ 80-60 fuq Depiro f’partita li baqgħet bilanċjata fl-ewwel nofs iżda darret kompletament favurihom wara l-mistrieħ. Hibs għollew l-intensità difensiva u ħolqu run deċiżiv fit-tielet sessjoni, li bih fetħu vantaġġ komdu li baqa’ jiżdied sal-aħħar. Il-preżenza tagħhom taħt il-basket kienet determinanti b’52 punt fiż-żona, filwaqt li sfruttaw ukoll it-tieni opportunitajiet b’20 punt u kellhom aktar impatt fit-transizzjoni. Depiro baqgħu viċin fil-bidu, iżda naqsu milli jżommu l-istess livell fit-tieni nofs fejn il-produzzjoni offensiva tagħhom naqset b’mod ċar. Depiro kellhom nieqes lil Alessio Trapani però rkupraw lil Felix Uadiale filwaqt li Hibs kellhom lura lil Matthew Gouder però kien nieqes Stefan Simic. Hibs kellhom l-aħjar bidu fejn fl-ewwel żewġ minuti għamlu 8 punti mingħajr risposta minn Ivan Demcesen, Neil Cassar u Piotr Stelmach. Depiro għamlu l-ewwel punti tagħhom bi trippla ta’ Trevon Reddish però Hibs kabbru l-vantaġġ wara punti minn Elijah Simmons u trippla ta’ Deonte Jackson. Depiro bdew inaqqsu l-iżvantaġġ fejn għamlu run ta’ 7-0 u wara li sofrew basket ta’ Jackson, għamlu seba’ punti oħra kollha minn Nikola Bozovic u temmew is-sessjoni fuq quddiem 22-20. Hibs irkupraw fil-bidu tat-tieni perjodu bil-punti ta’ Demcesen u Gouder u fit-tielet minuta kienu 26-24 minn fuq. Wara li Cameron Cornelius għamel trippla għal Depiro, Hibs għamlu run ta’ 10-2. Depiro ma ċedewx u trippli minn Luca Stefanovic u Jean Paul Schembri ħallewhom fuq quddiem sal-intervall 43-41.

Fit-tielet sessjoni Hibs ħasdu lill-avversarji b’bidu mill-aqwa fejn għamlu run ta’ 15-0 b’Jackson ikollu 9 punti flimkien ma’ Stelmach u Demcesen. Depiro finalment waqqfuhom bil-punti ta’ Felix Uadiale iżda Hibs kellhom aktar trippli minn Stelmach u Jackson. Depiro baqgħu jirrispondu primarjament minn Reddish u Uadiale però Hibs ħadu vantaġġ ta’ 13-il punt fi tmiem it-taqsima 68-55. Fl-aħħar sessjoni l-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat għalkemm Hibs għamlu run ta’ 8-0 li rathom jiftħu vantaġġ ta’ 20 punt li żammew sa’ tmiem il-partita hekk kif ħarġu rebbieħa 80-60.

The Plaza Depiro: T. Reddish 25, J. Micallef, N. Zivkovic, L. Stefanovic 3, JP Schembri 3, S. Kenely, C. Cornelius 5, F. Uadiale 11, M. Debattista, N. Bozovic 13.

Hibs: N. Cassar 8, E. Simmons 10, A. Ajoboye 10, L. Farrugia, P. Stelmach 9, V. Kustudija, M. Gouder 6, D. Jackson 20, M. Attard, T. Gjurovski, I. Demcesen 17.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Wendell Lim, Andre Attard