Manchester City irnexxielhom jiksbu rebħa storika f’Wembley hekk kif għelbu lil Arsenal biex rebħu t-tmien League Cup fl-istorja tagħhom.
Il-Gunners bħalissa huma kkunsidrati bħala waħda mill-iżejd skwadri b’saħħithom fl-Ewropa, hekk kif avvanzaw għall-Kwarti Finali tal-UEFA Champions League, u jinsabu fl-ewwel post tal-Premier League b’distakk ta’ 9 punti, b’partita iżjed mis-Citizens fit-tieni post.
Minkejja li dan it-trofew forsi mhux l-iżjed trofew importanti għall-Gunners din is-sena, hekk kif it-tim ta’ Arteta qiegħed jimmira biex jieħu l-Premier League għall-ewwel darba sa mill-2004, rebħa f’din il-partita setgħet tiswa’ ta’ għajnuna kbira għall-motivazzjoni tal-plejers, kif ukoll kienet tgħaddi messaġġ ta’ dominju assolut fl-Ingilterra.
Ġurnata xejn sabiħa għat-tieni goalkeeper ta’ Arsenal, Kepa Arrizabalaga, li diġa kellhu storja xejn sabiħa f’din il-kompetizzjoni, wara l-argument storiku li kellu mal-eks kowċ ta’ Chelsea Maurizo Sarri lura fl-2019 meta l-goalkeeper Spanjol rrifjuta li joħroġ mill-grawnd biex jitħol minnfloku Willy Caballero għall-għoti tal-penalties. Dakinhar, Chelsea tilfu l-partita, u ħafna jgħidu li dakinhar kien Kepa li tellef l-unur għall-Blues. Illum, Kepa reġa kellu tort x’jaħti fil-gowls li t-tim tiegħu soffra f’din il-finali tant importanti.

Minn naħa l-oħra, ġimgħa storika għall-plejer Nico O’Reilly, hekk kif il-Ġimgħa kien mgħajjat mal-iskwadra Nazzjonali Ingliża, is-Sibt għalaq għeluq sninu, fejn għalaq 21 sena, u llum skorja dopjetta fil-finali tal-EFL Cup permezz ta’ żewġ daqqiet ta’ ras li waslu fis-60 u fl-64 minuta.



