Futbol Sport

Sunderland b’rebħa importanti fid-derby kontra Newcastle United

Sunderland ħadu rebħa importanti li ttellahom fil-11-il post, post fuq ir-rivali eterni tagħhom Newcastle United. Il-Black Cats rebħu d-derby 2-1 bl-iżjed mod drammatiku.

Sunderland kisbu 43 punt f’ 31 partita, dan ifisser skont it-tradizzjoni tal-Premier League, huma bażikament salvi, hekk kif jintqal fil-futbol Ingliż, biex isalva fil-Premier League trid tikseb mill-inqas 40 punt.

Il-Magpies fetħu l-iskor permezz ta’ Anthony Gordon wara 10 minuti logħob, u Sunderland għamlu l-iskor indaqs permezz ta’ Talbi fis-57 minuta.

L-attakkant Brian Brobbey skorja fid-90 minuta biex għamel l-iskor 2-1.

Telfa diżuppantanti għal West Ham United, pero tlett punti kruċjali għal Aston Villa biex jersqu iżjed viċin l-objettiv tagħhom, li jiksbu post mal-ewwel 4. Aston Villa għelbu lil West Ham United 2-0.

Gowls f’kull taqsima jaslu minn John McGinn u Ollie Watkins.

Telfa inkwetanti ħafna għal Tottenham Hotspurs li tilfu konfront dirett ma’ Nottingham Forest bl-iskor finali ta’ 3-0. Żewġ timijiet li qed jissieltu għas-salvazzjoni fil-Premier League. B’din it-telfa, it-Tricky Trees qabżu lil Tottenham u telgħu fis-16-il post, b’Spurs issa jokkupaw is-17-il post, fejn jinsabu punt il-fuq miż-żona ‘l ħamra.

Il-gowls ta’ Nottingham Forest jaslu minn Jesus, Gibbs-White u Awoniyi.