Sport Sport Ieħor

Swieqi Phoenix Nium jirbħu t-tieni finali tat-Tazza Nazzjonali

(Ritratt: Branko Vlahovic, President tal-MVA jippreżenta t-trofew lit-team ta' Swieqi Phoenix Nium)

Kien it-team ta’ Swieqi Phoenix Nium li l-Ħadd wara nofsinhar fil-kumpless Sportiv tal-Kottonera rebaħ it-tieni finali tat-Tazza Nazzjonali. Dan kontra Falcons bl-iskor ta’ 3-0. Swieqi, immexxija minn Leonard Zammit Munro u Justin Montesin, fetħu tajjeb u rebħu l-ewwel set 25 għal 13. Huma ma ħarsux lura u rebħu t-tieni set 25 għal 12. Dan imlihom bil-kuraġġ biex jirbħu t-tielet u l-aħħar set 25 għal 13. 

B’hekk wara li ftit tal-ġimgħat ilu Swieqi ġew dikjarati matematikament champions, issa rnexxilhom jagħmlu doppjetta bir-rebħ ukoll tat-Tazza Nazzjonali. Fi tmiem din il-finali, Branko Vlahovic, President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball ippreżenta t-trofew lit-team ta’ Swieqi. 

L-Ewwel Diviżjoni

Depiro vs Mgarr Volleyball Club 3-1 (25-23, 20-25,25-14, 25-20)

Under 19

Flyers vs Birkirkara Vixens 2-3 (17-25, 18-25, 25-23, 21-25, 11-15)

Under 15

Swieqi Phoenix YS vs Depiro Blue 3-0 (25-8, 25-19, 25-8)

Swieqi Phoenix Ninjas vs Depiro Gold 1-3 (23-25, 25-16, 14-25, 20-25)

Paola Maypole vs Birkirkara 3-2 (25-13, 24-26, 25-21, 23-25, 15-8)

Swieqi Phoenix Nium rebbieħa tat-Tazza Nazzjonali

It-team ta’ Mġarr li fi tmiem il-ġimgħa ġie ppremjat bħala champion tal-Ewwel Diviżjoni