Internazzjonali

FRANZA: L-estremisti ta’ Le Pen ma jirnexxielhomx jieħdu l-ibliet il-kbar

Fi Franza, kien riżultat elettorali li ħalla lil kulħadd bla rebħa ċara.

Ir-Rally Nazzjonali ta’ Marine Le Pen kiseb maġġoranza f’diversi bliet żgħar. Iżda fejn xtaqu jirbħu, ma ħaduhx – fosthom Marseille u Toulon.

Emmanuel Gregoire ġie elett Sindku ta’ Pariġi. U l-estremisti ta’ Le Pen kienu konfermati bħala l-partit tal-periferija.

Interessanti r-rebħa ta’ Edouard Philippe fil-belt ta’ Le Havre fin-Normandija. Dan hekk kif l-Eks Prim Ministru ġie elett Sindku – pass li bla dubju se jqarrbu lejn il-kandidatura fl-elezzjoni Presidenzjali tas-sena li ġejja.