Lokali

Il-Kamra tal-Periti tħabbar il-kompożizzjoni tal-Kunsill il-ġdid


Il-Kamra tal-Periti, ħabbret b’sodisfazzjon il-kompożizzjoni tal-Kunsill li
ġie elett dan l-aħħar, wara l-ħatra tal-karigi uffiċjali statutorji ta’ tmexxija kif ġej:

PresidentPerit André Pizzuto
Viċi PresidentPerit Matias Camilleri de Marco
Teżorier OnorarjuPerit Ivynne Grixti
Segretarju OnorarjuPerit Julian Thompson
Membri tal-KunsillPerit Paul Dalli
Perit Elaine Genovese
Perit Sebastian Grima
Perit Daniel Micallef
Perit Lino Micallef
Perit Malcolm Xuereb


Il-Kunsill il-ġdid, se jservi sal-aħħar ta’ din is-sena f’Diċembru u se jkun ikkaratterizzat minn programm wiesa’ ta’ xogħol leġislattiv, regolatorju u ta’ politiki b’konsegwenzi diretti fuq il-professjoni, l-industrija, u l-poplu Malti u Għawdxi.

Fl-istess ħin, il-Kunsill ser jagħti bidu lill-iżvilupp tal-ewwel politika nazzjonali dwar l-arkitettura f’Malta. Din hija inizjattiva storika li se tistabbilixxi viżjoni fit-tul għall-arkitettura bħala dixxiplina fis-servizz tal-pubbliku, talkwalità tal-ambjent mibni, u tal-identità kulturali u soċjali tal-Gżejjer Maltin. Din il-politika
se tagħti, għall-ewwel darba, espressjoni nazzjonali formali lir-rwol li l-arkitettura taqdi fit-tfassil tal-ispazji li fihom in-nies jgħixu ħajjithom ta’ kuljum.Il-Kunsill se jkompli wkoll bir-riforma strutturali tal-Kamra tal-Periti bi preparazzjoni għall-implimentazzjoni sħiħa ta’ dispożizzjonijiet ewlenin tal-Liġi tal-Periti, inklużi l-assigurazzjoni mandatorja ta’ indennità professjonali u qafas għall-iżvilupp professjonali
kontinwu.

Il-Kunsill il-ġdid ser jissokta ukoll l-introduzzjoni ta’ taqsimiet ġodda ta’ speċjalizzazzjoni,
fuq il-mudell tat-Taqsima għall-Arkitetti tal-Konservazzjoni, mħabbra fl-ewwel seminar
tas-serje Concrete & Stone li għaddejja dwar l-Arkitettura Modernista Maltija.Il-Kunsill jassumi wkoll ir-responsabbiltà għall-kontinwazzjoni tal-investigazzjonijiet dwar kondotta professjonali li għadhom għaddejjin, inklużi dawk relatati ma’ inċidenti serji li affettwaw is-sigurtà pubblika.Fosthom hemm l-investigazzjoni relatata mal-kollass strutturali f’Paceville f’Lulju 2025, li sservi biex tfakkar dwar il-ħtieġa li l-industrija tiġi riformata b’reqqa, struttura, u fuq kollox, kompetenza.