Lokali Parlament

Il-PN se jibqa’ jaġixxi b’responsabbiltà biex il-poplu jkollu serħan il-moħħ f’dawn il-mumenti

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg sostna fil-parlament llejla li l-PN se jibqa’ jaġixxi b’responsabbiltà biex il-poplu jkollu serħan il-moħħ f’dawn il-mumenti.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kien qed jitkellem fil-parlament wara stqarrija ministerjali tal-Prim Ministru Robert Abela dwar il-Kunsill tal-Ministri tal-UE.

Fl-istqarrija tiegħu l-Prim Ministru Robert Abela tratta l-aħħar summit tal-UE u qal li dan is-summit kellu l-aħħar żviluppi internazzjonali fuq l-aġenda tiegħu fosthom l-immigrazzjoni fejn hemm il-gwerra, l-Ukrajina, is-sitwazzjoni tat-tanker li kien attakkat, l-enerġija u l-prezzijiet relatati.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg qal li dan kien Kunsill li seħħ f’mument ta’ inċertezza internazzjonali fejn l-Ewropa u d-dinja għaddejjin minn mument ta’ prova kbira, bil-paċi mhedda minħabba gwerra fil-Lvant Nfosani. Hu qal li din il-gwerra diġà ħalliet mijiet ta’ mwiet u ġarrfet infrastrutturi ta’ diversi pajjiżi involuti.

Din hi gwerra li qed teskala f’waħda ekonomika li tista’ teffettwa anki lil Malta. F’ċirkostanzi bħal dawn, il-PN se jara li jaġixxi b’responsabbiltà u fl-interess nazzjonali billi jwarrab l-partiġġjaniżmu waqt li jkun ta’ appoġġ lill-gvern biex ikun hemm l-unità. Il-poplu Malti hekk jistenna biex ikollu serħan il-moħħ.

Il-Kap tal-PN Alex Borg qal li l-PN jappella għal deskalizzazzjoni tas-sitwazzjoni u għar-rispett lejn il-liġijiet interazzjonali. Hu ngħaqad mas-sejħa għall-waqfien minn attakki mill-Iran fuq impjanti tal-enerġija u tal-ilma, l-attakki indiskriminati mill-Iran fuq pajjiżi ġirien waqt li espriema solidarjetà mal-pajjiżi ġirien li qed jiġu attakkati. Hu appella biex l-Iran jieqaf b’dawn l-attakki u espriema tħassib dwar dak li se iseħħ fil-Libanu.

Il-Kap tal-PN espriema solidarjetà ma’ Ċirpu li hu pajjż Ewropew u li sofra attakk mill-Iran u qal li Malta għandha tilqa’ l-appoġġ tal-UE lil Ċirpu.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg tkellem dwar l-ekonomija, qal li din il-gwerra tista’ twassal għal konsegwenzi ekonomiċi kbar u sostna li l-PN jappoġġja l-konklużjonijiet tas-summit għal iktar kontroll fuq l-aspett marttimu.

Il-Kap tal-PN sostna li l-UE għandha tkun forza li tista’ twassal għal deskalizzazzjoni tal-gwerra, tkun forza favur il-paċi u tkun forza favur l-aspirazzjoni tal-poplu Iranjan għad-drittijiet fundamentali tiegħu.

Alex Borg semma’ t-tanker Russu li kien attakkat u qal li fis-summit tal-EPP hu tratta din is-sitwazzjoni mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Von der Lyen fejn esiġa l-impenn Ewropej biex tittieħed azzjoni mill-Unjoni Ewropea lejn iktar sigurtà fil-Mediterran. Waqt dan is-summit tal-EPP, il-Kap tal-PN saħaq li l-UE għandha tintervjeni b’mod konkret dwar dan il-każ. Hu appella biex kif Malta tat l-id tal-ħbiberija fis-siegħa tal-bżonn, issa jkun hemm kooperazzjoni biex jitneħħa l-periklu pemezz tat-tanker.

Il-Kap tal-PN tkellem favur soluzzjoni ta’ paċi dejjiema bejn il-Palestina u Iżrael bil-ħolqien ta’ żewġ stati, id-diżarm tal-Ħamas u l-irtirar ta’ Iżrael minn Gaża. Hu qal li s-summit l-EPP tratta wkoll l-invażjoni fl-Ukrajina u sostna li Mata għandha tibqa’ tagħti l-appoġġ lill-Ukrajina; li l-futur tagħha hu fl-UE.

Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin Beppe Fenech Adami rringrazzja lil dawk li kienu involuti biex il-Maltin li kien fiż-żona tal-gwerra inġiebu Malta. Hu rrifera għad-dikjarzzjoni tal-Ministru tal-Finanzi ftit qabel fil-parlament meta qal li Mata qed tara x’benefiċċji se tieħu għaliex ħafna nies qed jikkunsidraw li jinvestu f’Malta propju minħabba l-gwerr fil-Lvant Nofsani.

Alex Borg sostna qal li dan kien kumment insensittiv u staqsa kif il-gvern wasal għaċ-ċifra ta’ €350 miljun li jistgħu jintużaw quddiem l-effetti tal-gwerra. Id-deputat Nazzjonalista staqsa lill-gvern x’inhuma l-pjani tiegħu għax-xhur li ġejjin quddiem l-effetti tal-gwerra fosthom l-għoli talħajja.

Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għall-Intern Darren Carabott irringrazzja lill-ħames suldati Maltin li jinsabu fil-missjonijiet għaż-Żamma tal-Paċi tal-UN fil-Libanu. Hu staqsa jekk il-familjari tas-suldati Maltin fil-Libanu humiex informati dwar is-sitwazzjoni tagħhom, jekk il-ħames suldati Maltin għandhomx kuntatt mal-fmailjari tagħhom, jekk f’każ ta’ emerġenza fiż-żona hemmx pjan ta’ kontinġenza biex jinħarrġu miż-żona u jekk din il-missjoni tkunx intemmet sa Mejju 2026.

Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għas-Settur Marittimu Ivan Castillo tkellem dwar l-UE ETS u staqsa jekk il-Prim Ministru hux konxju li żewġ ministri tal-Gvern Laburista ivvotaw favur l-UE ETS meta dawn ikollhom l-impatti fuq Malta. Hu staqsa wkjoll x’se jagħmel il-gvern biex itaffi l-effetti tal-UE ETS li qed jimpatta l-għoli tal-ħajja fil-pajjiż.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li t-tanker attakkat kien iktar minn minn 150 mil nawtika ‘l bogħod minn Malta u tliet mili ‘l bogħod mill-SAR ta’ Malta. Hu sostna li l-Ministru tal-Finanzi ma kienx insensittiv fil-kummenti tiegħu iżda Malta qed toffri s-sigurtà neċessarja.