Lokali

Laqgħa ta’ informazzjoni dwar l-anzjani u l-pensjonanti

L-Assoċjazzjoni Pensjonanti, Anzjani Nazzjonalisti (APAN) flimkien mal-Kumitat Sezzjonali PN Sliema, qed jorganizzaw laqgħa ta’ informazzjoni ma’ Paula Mifsud Bonnici, kelliema tal-PN għall-Anzjanita’ Attiva u l-ma’ Graham Bencini, kelliem għas-Sigurta` Soċjali u Fondi tal-EU. 

Se jmexxi din il-laqgħa li se ssir nhar l-Erbgħa, 25 ta` Marzu fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista ta` Tas-Sliema. 2026 fis-7.00 pm, Joe Zahra, il-President tal-APAN. Matul din il-laqgħa jkun jistgħu jsiru il-mistoqsijiet.

Kulħadd hu mħeġġeġ biex jattendi.