Enerġija Lokali

Il-Gvern iħalli lil Malta fl-aħħar post tal-UE fl-enerġija rinnovabbli

Ċifri ġodda tal-Eurostat juru li fl-2025 Malta kienet fl-aħħar post fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli b’share ta’ madwar 16 fil-mija.

Din ir-rata tibqa’ ferm taħt il-medja tal-Unjoni Ewropea li qabżet is-47 fil-mija, u ħafna anqas minn pajjiżi bħad-Danimarka, l-Awstrija u l-Portugall, fejn ir-rinnovabbli jiddominaw il-produzzjoni tal-elettriku.

Dak li joħroġ miċ-ċifri tal-Eurostat jindika li Malta għadha tiddependi ħafna fuq fossil fuels għall-ġenerazzjoni tal-elettriku filwaqt li l-użu ta’ sorsi bħax-xemx u r-riħ għadu pjuttost limitat.

Dawn iċ-ċifri jenfasizzaw ukoll il-ħtieġa ta’ aktar investiment u politika mmirata biex titħaffef it-tranżizzjoni enerġetika hekk kif Malta tibqa’ wieħed mill-aktar pajjiżi fl-UE dipendenti fuq l-importazzjoni ta’ enerġija.