Sport

Suċċess fil-lotta għal Matthew Mallia

Suċċess għal-lottatur Matthew Mallia li fl-edizzjoni 2026 tal-Windsor Wrestling Open li sar f’Londra rebaħ il-kategorija Seniors 97 kilo.

Fil-proċess tal-kompetizzjoni, Matthew Mallia rebaħ it-tllet bouts li kellu sakemm wasal biex temm fl-ewwel post. Huwa għeleb lil Manav Atwal, Sabri Galdeano u Darius Mantha.

Is-Selezzjoni ta’ Taħt is-17-il sena tal-Federazzjoni Maltija Lotta magħmula minn Denzel Zammit, Adam Vassallo u Craig Grech kien pass ‘il bogħod miz-zona tal-ewwel postijiet minkejja li kull wieħed rebaħ bout.

Fil-kategorija tal-kbar ikkompetew ukoll Gabriel Caruana, Mark Bugeja, Mark Bugeja u Cedric Vella.

Il-kontinġent kien immexxi mill-kowċ nazzjonali Jesmond Giormaina u mis-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni u referee internazzjonali Abraham Vassallo.