Donald Trump qal li l-Istati Uniti pposponiet l-attakki pjanati fuq is-siti tal-enerġija tal-Iran b’ħamest’ijiem. Hu qal li dan qed iseħħ propju wara laqgħat “tajbin ħafna” mal-Iran. Uffiċjali Iranjani qalu li l-Istati Uniti biddlu l-pożizzjoni tagħhom wara twissijiet minn Tehran.
Minkejja dan, fl-aħħar ħin Iżrael wettaq attakki kbar fuq siti importanti f’Tehran – fi żmien meta l-gwerra fil-Lvant Nofsani daħlet fl-24 jum tagħha. L-Iran irritalja permezz ta’ attakki b’missili u drones lejn miri fir-reġjun, inkluż l-Arabja Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda. Iżda ħafna minnhom twaqqfu mis-sistemi tad-difiża tal-ajru. F’dawn l-attakki rriżulta li ftit persuni biss indarbu.
//= $special ?>

