Bdot u l-ko-pilota tiegħu tilfu ħajjithom wara li ajruplan tal-linja Air Canada baqa’ dieħel f’vettura tat-tifi tan-nar.
Il-każ seħħ fl-ajruport ta’ La Guardia fi New York, tard il-Ħadd bil-lejl.
Żewġ persuni oħra ndarbu f’dan l-inċident.
Jidher li t-trakk tat-tifi tan-nar kien issejjaħ biex jintervjeni f’inċident separat. U għal xi raġuni, l-ajruplan spiċċa daħal f’dan it-trakk li kien fuq il-mitjar biex jassisti.
Abbord l-ajruplan kien hemm 72 passiġġier u 4 membri tal-ekwipaġġ.
Intant, minħabba dan il-każ, l-ajruport ta’ La Guardia kellu jinżamm magħluq.
//= $special ?>

