In-numru ta’ stabbilimenti tal-ikel f’Għawdex u Kemmuna, ilaħħaq total ta’ 244 stabbiliment. 11 ġew irreġistrati matul l-2025.
Jirriżulta wkoll li fir-Rabat hemm 22 ristoranti u 52 Snack Bar; fil-Fontana ristorant wieħed; f’Għajnsielem disa’ ristoranti u 3 Snack Bars; fl-Imġarr 10 ristorant u 3 Snack Bars; fl-Għarb 3 ristoranti u 4 Snack Bars; fl-Għasri u f’Ta’ Kerċem Snack Bar wieħed; fil-Munxar (li jinkludi x-Xlendi) 20 ristorant u 11-il Snack Bar; fin-Nadur hemm 6 ristoranti u 7 Snack Bars; fil-Qala 5 ristoranti u 4 Snack Bars; f’San Lawrenz hemm 3 ristoranti; f’Ta’ Sannat 5 ristoranti; fix-Xagħra 9 ristoranti u 10 Snack Bars; fix-Xewkija 4 ristoranti; u fiż-Żebbuġ (li jinkludi wkoll lil Marsalforn) hemm 32 ristorant u 19-il Snack Bar.
Dawn ikkonfermahom fil-Parlament Ian Borg, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu; meta wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said.
//= $special ?>

