Lokali

Il-prodott: Dark mamba m’għandux jiġi kkunsmat

Skont il-Kap 649 tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku li s-suppliment tal-ikel li ġej m’għandux jiġi kkunsmat bħala miżura ta’ prekawzjoni.

Prodott:Dark mamba
Użin:Kull tip ta’ użin
Numru tal-lott / Data tad-durabbiltà:Kull tip ta’ lot u data
 

Is-suppliment ma ġiex notifikat bħala suppliment tal-ikel lokalment skont id-dispożizzjonijiet taħt S.L. 449.36 – Regolamenti dwar Supplimenti tal-Ikel.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika tfakkar lill-membri tal-pubbliku li s-supplimenti tal-ikel jistgħu jikkawżaw effetti sekondarji mhux mixtieqa, speċjalment jekk jittieħdu mingħajr bżonn mediku jew f’ammonti eċċessivi. Is-supplimenti mhumiex sostituti għal dieta bilanċjata, u t-teħid ta’ prodotti multipli flimkien jista’ jwassal għal interazzjonijiet ta’ ħsara ma’ mediċini jew kundizzjonijiet tas-saħħa eżistenti. L-individwi huma għalhekk avżati biex ma jeħdux supplimenti tal-ikel bla bżonn u biex dejjem ifittxu gwida minn tabib, spiżjar, jew professjonist ieħor tal-kura tas-saħħa kwalifikat qabel ma jibdew xi suppliment ġdid.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta’ filgħodu u t-3:00 ta’ wara nofsinhar, jew jibgħat email lil info.fssa@gov.mt