Sport

Edizzjoni 2026 tal-Open ta’ Miami

F’ġurnata oħra mill-edizzjoni 2026 tal-Open ta’ Miami, ebda problema għas-seed numru 2, Jannik Sinner tal-Italja li għadda mal-aħħar 16 wara  li għeleb u elimina lil Corentin Moutet ta’ Franza seed numru 30 fil-kompetizzjoni. Sinner wara li rebaħ l-ewwel set 6 –1 ma kellu ebda problema fit-tieni set li rebaħ 6 – 4 . Fir-rawnd li jmiss, Sinner jilgħab kontra Alex Michelsen tal-Istati Uniti.

L-attenzjoni fil-Miami Open tibqa’ fuq Sinner wara li n-numru wieħed tad-dinja Carlos Alcaraz, kien eliminat min-numru 36 l-Amerikan Sebastian Korda fit-tieni eliminazzjoni sorpriża fl-Istati Uniti għan-numru wieħed wara li kien eliminat fit-tournament ta’ Indian Wells.

Korda kien rebaħ l-ewwel set 6-3, b’Alcaraz iwieġeb fit-tieni set meta rebaħ erba’ games wara xulxin biex minn 3-5, rebaħ is-set 7-5. Iżda fit-tielet set deċiżiv, Korda ddomina biex għalaq il-logħba 6-4.

Korda issa fil-fażi tal-aħħar sittax jilgħab kontra l-Ispanjol Martin Landaluce.