L-Unjoni Ewropea u l-Awstralja laħqu ftehim importanti dwar il-kummerċ, li se jwassal għal benefiċċji kbar – kemm għaċ-ċittadini Ewropej, kif ukoll għall-kontinent Awstraljan.
Dan id-deal huwa stmat li jiswa’ mas-6 biljun ewro.
Skont il-ftehim li waslu għalih iż-żewġ naħat, issa fl-Ewropa se jibda jiġi impurtat laħam mill-Awstralja mingħajr tariffi addizzjonali. Dan filwaqt li l-Awstraljani se jkunu jistgħu jużaw l-isem prosecco għall-inbid sparkling li jipproduċu huma.
Iċ-ċittadini Ewropej se jibbenefikaw minn roħs fuq il-prodotti ġejjin mill-Awstralja. Dan għaliex se jitneħħew it-tariffi fuq spirti, ċikkulata, pasta, inbejjed, u prodotti oħrajn li jkunu ġejjin minn dan il-kontinent.
//= $special ?>

