Għadhom għaddejjin il-proċessi neċessarji sabiex ikomplu xogħlijiet oħra fuq il-binja wara l-inċident fejn kienet iġġarrfet binja tal-akkomodazzjoni soċjali fi Triq l-Antika, fil-Birgu, fil bidu tas-sena, sabiex tkun tista’ tiġi kkonvertita u tintuża għal skopijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali.
Qed jittieħdu miżuri tekniċi preventivi sabiex jiġi evitat aktar deterjorament u kwalunkwe riskju għas-sigurtà pubblika. Fost dawn il-miżuri kien hemm l-installazzjoni ta’ scaffolding mal-faċċata tal-binja kif ukoll l-installazzjoni ta’ props ta’ appoġġ strutturali.
Dan intqal fil-Parlament mill-Prim Ministru meta wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Bernice Bonello li staqsiet lill-Prim Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet wara l-inċident fejn kienet iġġarrfet binja tal-akkomodazzjoni soċjali fi Triq l-Antika, l-Birgu, fil bidu tas-sena.
//= $special ?>

