Dettalji xokkanti dwar il-ħabta bejn ajruplan u vann tal-airport stess fi New York qed joħorġu fir-rapporti tal-midja internazzjonali. Hekk kif sar magħruf illi l-vann li jidher isuq fuq ir-runway kien ingħata “all clear” biex isuq fuq ir-runway.
Iżda mumenti wara, dan ingħata l-ordni biex jieqaf immedjatament. Pero ma laħaqx jagħmel dan bil-konsegwenza li ajruplan ħabat fih waqt li kien qed jinżel mill-ajru bil-konsegwenza li dan iġġarraf.
Sfortunatament kienu l-pilota u l-co-pilot li tilfu ħajjithom f’dan l-inċident serju filwaqt li 41 persuna li kienu abbord ittieħdu l-isptar għall-kura.
Rapporti qed jindikaw illi l-ajruplan li ġġarraf il-Ħadd filgħaxija fi New York, kien operat minn Jazz Aviation u ħabat fil-vann tat-tifi tan-nar tard bil-lejl dan hekk kif il-vann kien qed isuq lejn inċident ieħor li seħħ fuq Runway.
Recording li qed jiċċirkola l-midja huwa xhieda tal-kaos li ħakem lill-ħaddiema il-mument tal-ħabta hekk kif jidher li s-sewwieq tal-vann talab sabiex jaqsam. Jingħata l-permess li jaqsam iżda ftit mumenti wara jibda l-għajjat sabiex dan jieqaf.
Fil-mument tal-ħabta, il-controller ipprova jikkomunika mal-piloti, iżda ma rċeviex risposta. Fejn kien hemm djalogu qasir bejn il-controllers fejn wieħed minnhom iddikjara li kien żball tiegħu, filwaqt li l-ieħor tenna li għamel li seta’.
L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejin.
//= $special ?>

