Wara l ewwel erba edizzjonijiet li kienu suċċess kbir ta dawn l installazjonijiet għal żmien il-festi tal-Għid bl-isem, Is-Salib Ġesù u Int qed nippreżentaw il-ħames edizzjoni.

Il-messaġġ wara dawn l-installazzjonijiet jkunu dejjem li ngħaqqdu r-realtà u s-sitwazzjoni li qed ngħixu bħalissa ma’ dan iż-żmien tar-Randan, fejn infakkru kif Ġesù bil-passjoni u l-mewt tiegħu, fdiena minn dnubietna u niddedikawhom li xi ħadd eżempju kellna għall-vittmi tal-Covid-19, għall-vittmi tal-Gwerra tal-Ukrajna, għal min għaddej minn xi mard u aktar.
Din s-sena ser tkun iddedikata lil dawk kollha li b’xi mod għaddejjin minn żmien diffiċli u t-tbatija li toffri il-ħajja u anke għall-paċi fid dinja. Fil-każ tagħna Ġesu miet għalina fuq is-salib biex jsalvana u jgħina u jagħtina il-kuraġġ li nġorru s-salib tagħna li kullhadd b’xi mod jkollu xi salib f’ħajtu.
Din is-sena ser jkollna attrazzjoni oħra unika u oriġinali bħal dejjem.
Il-proġett ta’ din s-sena ser jkun daqsxejn differenti minn tas-soltu fejn il proġett jinkludi diversi attrazzjonijiet matul ir-Randan kollu u anke xi attivitajiet li ser jsiru f’ċertu dati bħal Ħadd il-Palm u Ħamis ix-Xirka ,il-Ġimgħa l-Kbira u aktar.
Il-proġett jinkludi fih 14 il salib mqassmin mad-dawra tal-Pjazza u magħhom jsib Via crucis Tradizzjonali. Fin-nofs tal-pjazza fejn fil-Milied kien hemm il-bażi tas-siġra tal-Milied Unika f’pajjiżna li kienet ukoll bħala d-dar ta’ Santa Claus issa nbidlet f’ċenaklu u prayer room ,meeting place fejn ġew mistiedna diversi NGOs anke minn irħula oħrajn biex jagħmlu użu minn dan l-ispazju. Din il-kamra ser tintuża mbagħad bħala Ċenaklu fejn l-Għaqda Drammatika ser jtella diversi rappreżentazzjonijiet f’Ħamis ix-Xirka u l- Ġimgħa il-Kbira filgħodu.
Fuq iċ-Ċenaklu nbena salib għoli madwar 10 metri, salib partikolari fl-għamla tiegħu miksi b’xibka bajda biex anke bil-lejl jinxtgħel u bil-figura ta’ Kristu rebbieħ fuqu, ta min jgħid li l-Korp ta Kristu huwa magħmul minn injam riċiklat u palletts.
Mad dawra taċ-Ċenaklu minn barra għamilna Via Crucis moderna u oriġinali li tirrifletti il-ħajja tal-lum, insibu is-solitudni, il-mard, il-bullying, il-materjaliżmu sfrenat, l-ambjent u ħafna aktar fejn l-idea tagħna kienet li bħas-snin ta’ qabel minn dan il-proġett irridu nwasslu messaġġ biex flimkien ngħixu dawn il-mumenti billi nieħdu ħsieb xulxin, billi kulħadd jagħmel is-sagrifiċċju tiegħu għal ġid tal-oħrajn, u noffru s-salib personali tagħna lil Ġesù.
Dan il-proġett qed isir f’kollaborazzjoni ma’ 3 għaqdiet li huma Events Team Għajnsielem, Għaqda Drammatika Għajnsielem, u Għaqda Armar Għajnsielem bl-għajnuna tal-Kunsill Lokali u l-Ministeru ta’ Għawdex.
//= $special ?>

