Il-Ministru Clyde Caruana qal fil-Parrlament li l-informazzjoni mitluba mid-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia dwar taxxa u kontribuzzjonijiet pendenti b’rabta mal-kuntratt tal-isptarijiet hija marbuta bis-segretezza uffiċċjali u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Adrian Delia staqsa lill-Ministru għall-Finanzi jindika jekk hemmx xi taxxi jew kontribuzzjonijiet pendenti li għadhom mhux imħallsa minn xi waħda mill-kumpaniji konċernati mal-kuntratt tal-isptarijiet.
ll-Ministru għall-Finanzi wieġeb li l-informazzjoni mitluba hija marbuta bis-segretezza uffiċċjali u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Il-Ministru Clyde Caruana kellu l-istess tweġiba għall-mistoqsija wkoll tad-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia li staqsa lill-Ministru għall-Finanzi jekk sarux verifiki mill-Awditur Ġenerali jew mill-Kummissarju għat-Taxxa (CFR) dwar il-konformità fiskali ta’ dawn il-kumpaniji mal-kuntratt tal-isptarijiet.
ll-Ministru għall-Finanzi wieġeb ukoll li l-informazzjoni mitluba hija marbuta bis-segretezza uffiċċjali u għaldaqstant ma tistax tingħata.
//= $special ?>

