Lokali

“Kulħadd trankwill” – ħafna sewwieqa mweħħlin fit-traffiku

“Kulħadd trankwill”.

Dan huwa l-messaġġ mibgħut lil Net News minn bosta sewwieqa li bħalissa spiċċaw maqbudin wara serbut twil ta’ traffiku ħdejn il-bini tas-Super One; fejn il-Gvern wettaq il-proġett tal-flyovers. Iżda xorta, ġurnata wara l-oħra, għadu qed jinġema’ ammont kbir ta’ traffiku.

Diversi persuni kitbu lil Net News u kkummentaw dwar il-fatt li sitwazzjonijiet bħal dawn mhux qed jgħinu biex il-poplu jħossu trankwill. U żgur li n-nies mhux iħossu dak li tkellmet dwaru s-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli.