Ma qatgħu xejn l-attakki tal-Iran dan hekk kif matul il-lejl kien hemm rapporti ta’ attakki f’Tel Aviv u fil-Golf.
Ritratti u filmati fuq il-media soċjali juru d-devastazzjoni li ħallew dawn l-attakki f’Tel Aviv b’numru ta’ binjiet inqerdu għal kollox.
Dawn l-attakki seħħew wara li l-President tal-Istati Uniti Donald Trump allega li saru diskussjonijiet għall-paċi iżda l-Iran ċaħdet din l-aħbar. Infatti l-media fl-Iran qalet li Trump qal hekk bil-għan li jorħsu l-prezzijiet tal-enerġija u fl-istess waqt ikun jista’ jimplimenta l-pjan militari tiegħu.
Minn naħa tiegħu, il-Prim Ministru tal-Iżrael Benjamin Netanyahu qal li Iżrael se jkompli bl-attakki kemm fl-Iran kif ukoll fil-Libanu. Dan apparti li se jkompli bl-attakki sabiex jelimina l-programm nukleari kif ukoll tal-missili tal-Iran.
Għaldaqstant, l-IDF qalet li matul il-lejl kompliet b’numru ta’ attakki f’Tehran bil-għan li jeqirdu siti ta’ difiża kid ukoll siti fejn jinżammu l-armi. Skont ċifri tal-IDF mill-bidu tal-gwerra l’hawn intlaqtu mat-3,000 bażi b’50 oħra matul il-lejl li għadda.
//= $special ?>

