Lokali Parlament

Ma tingħatax fil-Parlament in-nefqa għax-show tal-Viżjoni 2050

It-tagħrif dwar kemm ġiet tiswa t-tnedija tal-Viżjoni 2050 għadu qed jinġabar u għadu ma ntqalx fil-Parlament.

Dwar din in-nefqa tkellem fil-Parlament il-Prim Ministru meta kien mistoqsi jgħid mid-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo kemm ġiet tiswa t-tnedija tal-Viżjoni 2050 f’Bieb il-Belt.

L-unika tweġiba li ta Robert Abela fil-Parlament kienet biss li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Barra mill-Parlament kemm il-Prim Ministru u kemm il-Ministru Silvio Schembri ma qalux kemm swiet miljuni t-tnedija ta’ Viżjoni 2050.

It-tnedija kienet ukoll ikkritikata minn Jason Micallef, Delegat Speċjali tal-Partit Labuurista, permezz ta’ post li għamel fuq Facebook.