Raġel ta’ 34 sena tressaq il-Qorti mixli li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu meta kien meħlus mill-arrest taħt garanzija, f’każ li jinvolvi wkoll lill-vittma, li tiġi l-eks sieħba tiegħu.
Il-Prosekuzzjoni sostniet li Cassar naqas milli josserva kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti tal-Maġistrati f’żewġ digrieti separati — wieħed datat l-24 ta’ Jannar 2019 u ieħor tat-2 ta’ Novembru 2021 — fosthom il-kundizzjoni li ma jikkommettix reati oħra waqt li jkun fuq ħelsien mill-arrest.
L-imputat allegatament għedded u kkaġuna biża ta’ vjolenza kontra l-vittma, meta kienu flimkien fxi każin u allegatament kellhom argument fejn beda joffendiha, kif ukoll ħareġ pistola fejn aktar tard irriżulta li kienet falza.
Matul is-seduta, il-vittma xehdet li ma tixtieqx tkompli bil-każ u lanqas tixhed kontra l-imputat. Madankollu, hija esprimiet ix-xewqa li tingħata ordni ta’ protezzjoni. Il-Qorti ġiet infurmata li tali ordni ma setgħetx tingħata f’dan l-istadju tal-proċeduri.
Id-difiża, immexxija mill-avukat Jacob Magri, talbet għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat. Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat, u indikat ukoll risk assessment li jammonta għal 14.
Wara li semgħet lis-sottomissjonijiet miż-żewġ naħat, il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.
Id-difiża kienet mmexxija mill-avukat Jacob Magri filwaqt li l-prosekuzzjoni kienet mmexxija mill-ispettur Carlos Cordina
//= $special ?>

