Lokali

Stqarrija ta’ kundanna minn BirdLife Malta

BirdLife Malta tikkundanna bla riżervi l-att brutali dokumentat illum, fejn Spanjulett (Common Kestrel) protett inqatel b’mod krudili u disgustanti.

Filwaqt li ilna ngħidu li l-kaċċa u l-insib tal-għasafar selvaġġi huma intrinsikament krudili, dak li rajna llum imur lil hinn minn hekk. Dan mhuwiex każ iżolat. Jerġa’ jikxef realtà inkwetanti ħafna ta’ individwi li
jemmnu li għandhom poter assolut fuq il-ħalejjaq naturali tagħna – poter li jabbużaw minnu sal-punt li jgħaffġu għasafar taħt saqajhom sakemm imutu.

Din hija krudeltà fl-aktar forma pura tagħha. Mhijiex biss kwistjoni ta’ konservazzjoni, iżda wkoll kwistjoni serja ta’ benesseri tal-annimali li għandha tixxokkja lis-soċjetà kollha.

Insejħu lill-poplu kollu biex iqum u jesprimi d-diżgust tiegħu. Dan jinkludi l-għexieren ta’ eluf li forsi jħossuhom ’il bogħod minn deċiżjonijiet politiċi li kontinwament jagevolaw lill-lobby tal-kaċċa u l-insib. Malta waslet f’punt fejn ir-rispett lejn in-natura u d-deċenza bażika lejn il-ħajja naturali qed jitmermru
quddiem għajnejna.

Ejja nkunu ċari: din mhijiex tradizzjoni. Din mhijiex xjenza. Din mhi xejn ħlief krudeltà, imqanqla mill-egoizmu sfrenat u sens żbaljat ta’ dritt.

L-inċident tal-lum ineħħi kull tentattiv ta’ greenwashing mill-lobby tal-kaċċa, li f’dawn l-aħħar snin ipprova jpinġi lilu nnifsu bħala komunità ta’ nies li jħobbu lannimali. Ir-realtà titkellem waħedha: għasafar protetti qed jinqatlu b’mod brutali, anke l-Barbaġann li qed jippruvaw jintriducu qed jiġu maqtula minn
kaccaturi tal-istess lobby fliwaqt li membri fi ħdanhom – inklużi membri talkunsill – instabu li kisru l-liġi minn qrati lokali u barranin.

Dak li gara illum mhuwiex sintomu biss ta’ nuqqas ta’ infruzar imma riżultat dirett ta’ lobby mħajjem mill-politici Maltin tant Ii issa jħossuhom li jistghu jagħmlu li jridu.

Malta jistħoqqilha aħjar. Il-ħajja selvaġġa tagħna jistħoqqilha protezzjoni, rispett u dinjità – mhux brutalità.

BirdLife Malta tappoġġja b’mod sħiħ il-ħidma ta’ Committee Against Bird Slaughter (CABS) u tal-Malta Ranger Unit.