Lejlet l-ewwel logħba minn tnejn li Malta u l-Lussemburgu se jkunu qed jilgħabu kontra xulxin, fil-play-off tal-UEFA Nations League għal min se jkun qed jilgħab f’League C fl-edizzjoni li jmiss ta’ din il-kompetizzjoni, il-kowċ ta’ Malta Emilio De Leo kellu messaġġ pożittiv, kemm għall-plejers tiegħu kif ukoll għal kull Malti u Għawdxi. Għadna nemmnu fl-abiltà u l-kwalitajiet tagħna, nibqgħu konsistenti u nżommu l-konċentrazzjoni tul id-90 minuta.

Fil-konferenza stampa ta’ qabel il-partita ta’ għada, De Leo enfasizza li m’għandu jkun hemm ebda pressjoni żejda fuq it-tim, u nħarsu lejn din il-logħba, anke jekk għandha importanza kbira, daqs li kieku kienet logħba bħall-oħrajn.
Meta kien qed jitkellem mal-ġurnalisti lokali, fil-presenza tal-captain ta’ Malta, Matthew Guillaumier, De Leo saħaq li l-identità tal-iskwadra nbniet b’paċenzja u li l-plejers għandhom iħossuhom kburin bl-opportunità li se jikkompetu għall-promozzjoni storika.
Il-kowċ enfasizza l-maturità u l-fiduċja dejjem tikber tat-tim, u li l-prestazzjonijiet m’għandhomx jiddependu fuq l-avversarji jew l-aspettattivi esterni. Żied jgħid li l’dan il-mument, l-iskwadra għandha tiffoka biss fuq l-ewwel logħba minn tnejn li se nkunu qed nilgħabu kontra l-Lussemburgu, mingħajr pressjoni bla bżonn.
De Leo kellu kliem ta’ tifħir u apprezzament għall-appoġġ li qed jagħtu l-partitarji Maltin, li qabel żewġ partiti daqstant importanti, fejn Malta tista’ tikteb l-istorja tal-futbol lokali, fl-isfera internazzjonali, il-Maltin u l-Għawdxin qed jilqgħu għas-sejħa li qed issir biex ikunu front wieħed b’appoġġ għat-tim nazzjonali Malti. De Leo żied jgħid li l-aħħar prestazzjonijiet u riżultati miksuba mill-iskwadra, qed jagħtu konferma tal-progress kostanti li qed tagħmel Malta. Minħabba f’hekk illum għadna akltar partitarji Maltin u Għawdxin li qed jemmnu fl-iskwadra Maltija.
Captain Guillaumier, tkellem fuq l-istess linja ta’ ħsieb tal-kowċ Taljan, De Leo u fakkar fl-esperjenza li t-tim nazzjonali kellu f’din l-istess kompetizzjoni, meta kien qrib il-promozzjoni iżda ma rrnexxilnix negħlbu l—ostaklu tal-avversarji li rebħu l-promozzjoni minflokk Malta, il-Gżejjer Faroe. Guillaumier qal li minkejja li dak in-nhar ma ksibnix ir-riżultat li xtaqna, xorta waħda għalmitna ħafna. Fl-istess waqt, il-midfielder ta’ Ħamrun Spartans, irrikonoxxa l-fatt li minn dik l-esperjenza ta’ meta ġejna għall-konfront dirett kontra l-Gżejjer Faroe biex niksbu l-promozzjoni għal League C tal-UEFA Nations League, illum il-plejers li jiffurmaw it-tim Malti inbidel u għalhekk hemm numru ta’ plejers, li se jkunu qed jesperjenzaw din il-pressjoni għall-ewwel darba.
M’hemmx dubju li fuq il-karta l-Lussemburugu jibdew bħala l-favoriti li jistgħu jirbħu l-play-off fuq żewġ legs. Jekk wieħed iħares lejn ir-rankings attwali tal-FIFA, hemm dikrepanza fil-posizzjonijiet li jinsabu fihom ż-żewġ pajjiżi; bil-Lussemburgu għandhom ranking aħjar minn Malta, hekk kif attwalment jinsabu fil-102 posizzjoni filwaqt li pajjiżna, anke jekk fl-aħħar snin tejjibna postna f’din il-klassifika tal-FIFA, bħalissa ninsabu fil-161 post.
Kemm De Leo kif ukoll Guillaumier, it-tnejn li huma ammettew li l-Lussemburgu jibdew bħala l-favoriti, iżda enfasizzaw li l-partiti jintrebħu fil-grawnd.
Għall-partita ta’ għada, Malta se jkollha nieqes lill-winger offensiv, Joseph Mbong li se jkun qed jiskonta sospensjoni. De Leo kkonferma li mill-bqija, il-kundinzzjoni fiżika ta’ kull plejer fl-iskwadra hi waħda tajba u għalhekk kulħadd għandu jkun disponibbli.
De Leo appella li b’fidiċja, u indentita, hu konvint li Malta se tkun qed tagħti prestazzjoni tajba li għandu jwassal għal riżultat mixtieq fl-ewwel logħba ta’ għada, li se tintlagħab fis-6pm fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’Qali.
//= $special ?>

