Il-ftehim settorjali ġdid li jkopri diversi professjonisti li jinkludi fost l-oħrajn lill-Audiologists; il-Clinical Perfusionist; id-Dental Hygienists; id-Dental Technicians; id-Dieticians; il-Medical Laboratory Scientists; in-Nutritional Therapists; in-Nutritionists; l-Occupational Therapists; l-Optometrists; l-Orthoptists; l-Physiotherapists; il-Podiatrists; ir-Radiographers u l-Ispeech and Language Pathologists, għadu mhux konkluż minkejja li skada fil-31 ta’ Diċembru 2025 u għadu qed jiġi negozjat.
Dan ikkonfermah fil-Parlament Jo Etienne Abela, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva; li kien qed iwieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi.
Jirriżulta wkoll li fis-6 ta’ Frar, il-Ministeru bagħat ir-reazzjonijiet tiegħu għall-aħħar proposti li kien irċieva mingħand il-union.
//= $special ?>

