Lokali

“Inkomplu nsaħħu s-settur tar-riżorsi umani f’pajjiżna” – Alex Borg

“Hemm bżonn li pajjiżna jkompli jinvesti fis-settur tar-riżorsi umani u fil-ħaddiema sabiex inkomplu nimxu pass pass mat-teknoloġija – li maż-żmien dejjem qed tkompli tagħmel avvanzi kbar.”

Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, waqt żjara li għamel lill-intrapiża tar-riċerka u t-taħriġ, misco, fl-imreħel.

Mal-wasla tiegħgu, il-Kap tal-Partit Nazzjoanlista, inltlaqa’ mad-direttur ta’ misco Laurence Zammit. U kellu l-opportunità jitkellem mal-impjegati li jaħdmu f’oqsma differenti fosthom, ir-recruitment, riċerka u t-taħriġ.

Matul din iż-żjara ġie diskuss fost l-oħrajn kif id-domanda għal servizzi relatati mal-HR qed tkompli tiżdied – bid-direttur jisħaq dwar il-bżonn li l-Gvern ikompli jinvesti f’dan is-settur u fit-teknoloġija.

Apparti minn hekk Lawrence Zammit enfasizza wkoll l-importanza tal-użu tal-fondi Ewropej biex l-impjegati jingħataw aktar opportunitajiet ta’ taħriġ u re-skilling.

F’kummenti lil Net News il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq dwar l-importanza li f’Malta – il-ħaddiema jingħataw it-taħriġ li jkollhom bżonn anke minn aspett ta’ HR sabiex ikunu jistgħu ilaħħqu mar-realtajiet u l-isfidi li jaffaċċjaw fil-ħajja ta’ kuljum.

Għal din iż-żjara fil-misco, Alex Borg kien akkumpanjat mix-Shadow Ministers, Ryan Callus, Graziella Attard Previ u Eve Borg Bonello.