Internazzjonali

Is-Soċjalisti ta’ Mette Frederiksen jieħdu daqqa kbira fl-elezzjoni li saret fid-Danimarka

Ma tiksibx maġġoranza ta' siġġijiet

L-elezzjoni ġenerali li saret fid-Danimarka wasslet biex il-Partit tal-Prim Ministru Mette Frederiksen jieħu daqqa enormi – għalkemm b’xi mod, Frederiksen jidher li se żżomm il-poter.

Il-partit tagħha kiseb biss 21.9 fil-mija tal-voti.

Dan ifisser li għalkemm il-Gvern żamm l-akbar ammont ta’ siġġijiet fil-Parlament, xorta m’għandux biżejjed biex jifforma gvern ta’ maġġoranza.

Fuq kollox, dan ifisser li issa se nistennew ġranet twal – jekk mhux ġimgħat – ta’ negozjati biex tiġi ffurmata koalizzjoni fil-Gvern.