Il-Gven evita li jgħid għaliex il-Komunikazzjonijiet maħruġa mill-uffiċjali tal-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) qed jinħarġu bla firma tal-uffiċjal mittenti u qal li se jwieġeb f’xi seduta oħra.
Il-mistoqsija fil-Parlament saret mid-Deputat Nazzjonalista David Agius.
Il-Ministru Clifton Grima jrid jgħid ukoll x’wassal biex tinħareġ il-Komunikazzjoni Nru 10/2025, dwar il-lingwa li tintuża fit-tfassil tal-korsijiet applikabbli għall-akkreditazzjoni, li evidentement il-kontenut tagħha jidher li jmur kontra l-prinċipji mħaddna kemm mill-MFHEA, kemm mill-Unjoni Ewropea, u xejn anqas mill-ispirtu tal-Kostituzzjoni ta’ Malta dwar l-ilsien Malti.
//= $special ?>

