Joe Cassar irritorna bħala Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti wara l-elezzjoni li saru waqt l-Assembleja Ġenerali tal-Kumitat. Wara l-proċess tal-votazzjoni, Cassar ġie elett b’55 vot, biż-żewġ kontestanti l-oħra, Sue Merceica u Jean Claude Micallef jiksbu 20 vot kull wieħed.
F’din il-kariga Cassar issa se jassumi l-irwol u r-responsabbilta’ li jieħu ħsieb il-funzjonijiet amministrattivi u strateġiċi l-Kumitat Olimpiku Malti. Joe Cassar se jkun responsabbli wkoll mill-promozzjoni u t-tisħiħ tal-organizzazzjoni fuq livell nazzjonali.
Għal Joe Cassar dan l-irwol m’huwiex ġdid hekk kif żamm din il-kariga għal 30 sena bejn l-1991 u l-2021. Flimkein ma’ Joe Cassar kien elett ukoll Daniel Tabone bħala Direttur, wara li l-post kien vakat bil-ħatra ta’ David Azzopardi bħala viċi President aktar kmieni din is-sena.
//= $special ?>

