Fl-Iskola Tal-Ħandaq f’Ħal Qormi, il-Federazzjoni Maltija taċ-Chess organizzat Kampjonat għal plejers żgħażagħ. Tournament kien jikkonsisti f’seba’ rawnds li ntlagħbu taħt kontroll klassiku ta’ ħin ulaqqa’ l-aqwa plejers żgħażagħ ta’ Malta f’diversi kategoriji ta’ età.
Fil-kategorija Taħt l-20 sena, Vince Kosik – li lagħab fl-ewwel Kampjonat Junior tiegħu ta’ Malta kellu wirja mill-aqwa biex rebaħ il-Kampjonat fejn kellu rebħa fuq is-seed numru 1 Matthew Portelli udraw kontra ċ-Champion lokali Jack Mizzi. Matthew Portelli li spiċċa wkoll b’6 punti bħal Kosik kiseb it-2 post ġenerali u t-titlu Taħt is-16 il-sena. Jack Mizzi temm fit-tielet post fil-klassifika ġenerali b’nofs punt warajh.
Fil-kategorija taħt il-14-il sena, Yunlong Wang temmet fl-ewwel post wara riżultati konsistenti matul il-kompetizzjoni b’Matthew Callus temm fit-tieni post segwit minn Matthias Borda fit-tielet post.
Is-sezzjoni taħt it-12-il sena kienet ikkontestata minn 17-il parteċipant fejn Thomas Azzopardi rebaħ wara li temm ugwali fil-punti ma’ George Borg Mercieca, u kiseb l-ewwel post fuq tiebreaks. Nikol Borg spiċċa fit-tieni post filwaqt li Gianluigi Zammit spiċċa fit-tielet post fil-Kategorija Taħt it-12 il-sena. Fil-kategorija
tan-nisa, Elena Borg Mercieca rebħet il-Kampjonat tan-Nisa taħt it-12-il sena, b’Kate Shephard u Gwen Powell li spiċċaw it-tieni u t-tielet rispettivament.
Fil-kategorija Taħt l-10 snin George Borg Mercieca kiseb l-ewwel post, segwit minn Landon Sultana u Brenton Schembri fit-tieni u tielet post rispettivament.
//= $special ?>

