Il-Gvern għadu qed jiġbor id-dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni f’diversi ministeri, u awtoritajiet li jaqgħu taħthom, mill-2022 sal-lum.
Għadu ma qalx anqas it-tip ta’ promozzjoni (eżempju midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ) u għadu ma tax data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u l-ammont totali tal-infiq.
ll-mistoqsija saret fil-Parlament mid-Deputat Nazzjonalista Eve Borg Bonello lil diversi ministri tal-Gvern, lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali; lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali; lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjon; lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika; u lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva;.
ll-Ministri Chris Bonnet, Jo Etienne Abela, Miriam Dalli u Anton Refalo, qalu li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, filwaqt li Clifton Grima qal li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
//= $special ?>

