Il-Kunsill Lokali tal-Imsida ħabbar serje ta’ attivitajiet marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa li ser isiru fl-Imsida matul l-aħħar jiem ta’ Marzu u l-bidu ta’ April.
Dawn l-attivitajiet huma organizzati mill-Kunsill Lokali tal-Imsida b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet lokali u għandhom l-għan li jkomplu jsaħħu t-tradizzjonijiet reliġjużi u kulturali marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa fil-lokalità tagħna.
Fost l-attivitajiet prinċipali:
• Wirja Sagra organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Imsida, li ser tkun miftuħa għall-pubbliku bejn il-26 ta’ Marzu u l-5 ta’ April 2026, b’ħinijiet differenti kuljum.
• Mixegħla ta’ xemgħat – Fuq Salib Imdendel, attività spiritwali li ser issir il-Ħamis ix-Xirka, 2 ta’ April 2026 fis-7:00pm fuq iz-zuntier tal-Knisja Arċipretali tal-Imsida.
//= $special ?>

