Ivan Bartolo Shadow Minister għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, il-Ġlieda Kontra l-Faqaru s-Solitudni
F’pajjiż żgħir bħall-Malta, ħafna drabi nisimgħu dwar nies li jibdew negozji wara snin twal ta’ esperjenza. Madankollu, xi drabi jidher żagħżugħ li juri li l-età mhix limitu għas-suċċess. Wieħed minn dawn hu Jacob Cachia, il-moħħ wara l-idea popolari Jacob’s Coffee Brew.
L-istorja tiegħu hija eżempju ċar ta’ kif passjoni, determinazzjoni u viżjoni jistgħu jwasslu għal suċċess anki f’età żgħira. Anki jekk tgħaddi minn xiex tgħaddi. Għal min ma jafx, Jacob kien fuq sodda jissielet għal ħajtu għal żmien twil.
Jacob Cachia hu magħruf bħala imprenditur żagħżugħ li rnexxielu jibni identità b’saħħitha. Magħruf l-aktar f’Marsaskala, imma wara żjara li għamilt u tellajt ritratt fuq il-mezzi soċjali, skoprejt li Jacob hu popolari immens, għax bosta kellmuni dwaru. Kellmuni b’ammirazzjoni għal dak li rnexxielu jagħmel.
Il-marka tiegħu, Jacob’s Coffee Brew, mhix sempliċiment kafetterija bħall-oħrajn iżda esperjenza indimentikabbli, sħiħa li tgħaqqad kwalità, stil u atmosfera moderna. Il-filosofija wara din il-kafetterija hija mill-aktar umana, imma fuq kollox sens ta’ altruwiżmu.
Wara li Jacob ġie f’tiegħu wara trattament mediku, wera interess qawwi fid-dinja tan-negozju u fil-kunċett ta’ kafetterija b’differenza. Bla dubju dan wasslu biex jieħu riskju li ħafna nies forsi ma kinux jieħdu fl-istess età. Dak li jagħmel l-istorja tiegħu tassew interessanti huwa l-kuraġġ li kellu biex jibda xi ħaġa ġdida.
F’soċjetà fejn xi drabi ż-żgħażagħ jiġu meqjusa bħala bla esperjenza. Għal kuntrarju Jacob Cachia wera li b’xogħol iebes u determinazzjoni tista’ tibni marka li tiġi rikonoxxuta. Il-kafetterija tiegħu malajr saret popolari fost nies ta’ kull età, speċjalment fost iż-żgħażagħ li jfittxu ambjent modern u ta’ kwalità. Bla dubju l-inkoraġġiment tal-ġenituri tiegħu Sam u Sarah qiegħed kontinwament isaħħaħ il-motivazzjoni ta’ dan il-ġuvni meravilja.
Lezzjonijiet importanti
Waħda mill-akbar lezzjonijiet li nistgħu nitgħallmu minn Jacob Cachia hija l-importanza tal-passjoni. Meta persuna tagħmel xi ħaġa li verament tħobb, ix-xogħol ma jibqax jidher bħala obbligu iżda jsir parti mill-ħajja tagħha. Jacob wera li jekk temmen fl-idea tiegħek u tkun lest taħdem għaliha kuljum, tista’ tagħmilha realtà.
Lezzjoni oħra importanti hija l-kuraġġ li tieħu riskju. Ħafna nies jibżgħu jibdew negozju minħabba l-biża’ tal-falliment. Madankollu, hawn Jacob juri li kull suċċess jibda b’pass kuraġġuż. Mingħajr dan il-pass, ħafna ideat tajbin qatt ma jsiru realtà. Il-vjaġġ tiegħu jfakkarna li l-falliment m’għandux jitqies bħala tmiem, iżda bħala opportunità biex titgħallem u titjieb.
Barra minn hekk, dan iż-żagħżugħ juri wkoll kemm huwa importanti li wieħed ikun innovattiv. Fid-dinja tal-lum, negozju għandu bżonn aktar minn prodott tajjeb, għandu bżonn identità u esperjenza. Jacob’s Coffee Brew irnexxielu joffri mhux biss kafè ta’ kwalità, iżda wkoll atmosfera u stil li jattiraw lill-klijenti.
Fl-esperjenza personali stajt ninnota staff mill-aħjar li jkompli mal-klijenti, inzertajt nies li naf personalment fejn qaluli li jżuru l-kafetterija b’mod frekwenti, għax l-imkien iħossuh tagħhom, seren u fuq kollox speċjali għal diversi raġunijiet. L-ospitalità tagħmel lil dan il-post speċjali u li ta’ min jammira.
Fl-aħħar mill-aħħar, l-istorja ta’ Jacob Cachia hija storja ta’ motivazzjoni. Tfakkarna li ż-żgħażagħ għandhom potenzjal enormi biex joħolqu affarijiet ġodda u jagħmlu differenza fis-soċjetà. B’viżjoni ċara, passjoni u determinazzjoni, kull żagħżugħ jista’ jibni triq tiegħu stess.
L-istorja ta’ Jacob Cachia hija storja ta’ motivazzjoni. Tfakkarna li ż-żgħażagħ għandhom potenzjal enormi biex joħolqu affarijiet ġodda u jagħmlu differenza fis-soċjetà
Persuna ta’ ispirazzjoni
Jacob Cachia hu prova li s-suċċess ma jiddependix biss fuq l-età jew fuq kemm ilu wieħed fin-negozju iżda fuq kemm persuna tkun lesta taħdem għall-ħolm tagħha. L-eżempju tiegħu jista’ jispira ħafna żgħażagħ Maltin biex ikunu kuraġġużi, kreattivi u determinati biex jilħqu l-għanijiet tagħhom.
Dan huwa persuna ta’ ispirazzjoni għal min qata qalbu fil-ħajja. Spiss fil-ħajja jasal mument meta persuna tħoss li kollox qed jaqa’ fuqha. Il-problemi jidhru kbar wisq, il-ħolm jidher ’il bogħod, u xi wħud jaslu biex jaqtgħu qalbhom. Iżda f’dawn il-mumenti huwa importanti li niftakru li kull storja ta’ suċċess bdiet ukoll b’diffikultajiet. Għalhekk, li nħarsu lejn nies li rnexxielhom jibnu xi ħaġa mill-bidu jista’ jagħtina tama ġdida.
Meta persuna tħoss li tilfet it-tama, xi drabi l-akbar kura hija li tara li hemm oħrajn li bdew mill-istess post jew saħansitra minn sitwazzjonijiet aktar diffiċli. Il-vjaġġ ta’ Jacob Cachia ifakkarna li s-suċċess ma jiġix mil-lum għal għada. Jiġi minn passi żgħar kuljum, minn żbalji li minnhom nitgħallmu, u minn kuraġġ li nkomplu anki meta ma jkunx faċli.
Il-vjaġġ ta’ Jacob Cachia jfakkarna li s-suċċess ma jiġix mil-lum għal għada. Jiġi minn passi żgħar kuljum, minn żbalji li minnhom nitgħallmu, u minn kuraġġ li nkomplu anki meta ma jkunx faċli
Dan l-artiklu deher f’In-Nazzjon tal-Erbgħa 25 ta’ Marzu, 2026.
X Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar. Meta tagħfas "Naċċetta" tkun qed tagħti l-kunsens tiegħek għal użu tal-cookies kollha. Tista' ukoll tagħfas Cookie Settings biex tagħżel liema cookies iżżomm fuq dan is-sit. Aqra AktarNAĊĊETTACookie settings
Manage Cookies
Regoli tal-Privatezza
Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar. Il-cookies li huma klassifikati bħala neċessarji qed jiġu miżmuma fuq l-browser tiegħek biex nassiguraw li l-funzjonijiet bażiċi ta' dan is-sit jaħdmu sew. Dan is-sit ukoll juża cookies oħra li jgħinu fl-analiżi ta' kif qed jaħdem. Int tista' tiddeċiedi li ma tħallix dawn l-cookies jiġu miżmuma fuq l-browser tiegħek.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
Cookie
Duration
Description
cookielawinfo-checbox-analytics
11 months
This cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checbox-functional
11 months
The cookie is set by GDPR cookie consent to record the user consent for the cookies in the category "Functional".
cookielawinfo-checbox-others
11 months
This cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Other.
cookielawinfo-checkbox-necessary
11 months
This cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies is used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
cookielawinfo-checkbox-performance
11 months
This cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Performance".
viewed_cookie_policy
11 months
The cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether or not user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.