Il-Pulizija ta’ Malta qed titlob għall-għajnuna tal-pubbliku wara li Francesco Taleb Ali, ta’ 15-il-sena ġie rrappurtat nieqes mill-Pulizija.
Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija, huma qalu li huwa deher l-aħħar liebes qalziet abjad u ġakketta bajda.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod
kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.


