Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “In-nies kienu jaħsbu li jien “Johnny tal-Laħam”” – Manuel Cutajar

PROFILI llejla fid-9.35pm fuq NET TV

Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Manuel Cutajar, profil li miegħu se nitkellmu dwar il-karriera tiegħu fid-drama, u kif ukoll l-impenn tiegħu f’dan il-qasam.

Apparti t-teatru u x-xogħol tiegħu speċjalment matul ir-Randan, bl-interpretazzjoni ta’ Kristu, il-profil rajnih diversi drabi fid-drama ta’ fuq it-televiżjoni.

Kienu ħasbuni li jien vera Johnny tal-Laħam, u li vera miżżewweġ lil Jessie li kien Hector Bruno. Ma għamlux distinzjoni n-nies u vera kienu jkellmuni fuq hekk. Ġieli ħsibt li qed jiċċajtaw, imma ma jkunux

Id-diskussjoni se teħodna fuq diversi temi. Il-profil għandu għal qalbu ferm il-Malti, u l-lingwa u miegħu se nitkellmu wkoll fuq id-djalett.

Kultant ma tantx napprezzaw dak li għandna bħala poplu, il-lingwa. Anki meta l-Maltin jitkellmu bl-Ingliż bl-aċċent Malti, nirredikolaw. Imma lit-Taljani li jitkellmu bl-aċċent Taljan niggustawhom, u l-istess lill-Awstraljani u lil bosta oħrajn.

PROFILI għandu l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, u l-programm tal-lejla għandu muntaġġ ta’ Elisa Battistino

Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki fuq Spotify.