It-tim immexxi minn Andre Ghio kien jonqsu punt biex matematikament jagħmel ċert li jżomm it-titlu iżda rnexxielu jikseb rebħa wara wirja mill-aqwa kontra avversarju dirett bħal GREE Żurrieq Wolves Hotsticks.
Tommy Kok skorja tliet gowls għall-Qormi Daikin flimkien ma’ żewġ gowls minn Nathan Pace Gasan u gowl kull wieħed minn Kyle Micallef u Julian Zahra.
Għal GREE Żurrieq Wolves Hotsticks, Christ Agius skorja żewġ gowls filwaqt li Nicky Runza u Stefano Schembri skorjaw gowl kull wieħed.
Fi tmiem il-konfront kif kien mistenni bdew iċ-ċelebrazzjonijiet mill-plejers, diriġenti u partitarji numerużi ta’ Qormi. L-istess Qormi Daikin issa jridu jilagħbu l-aħħar żewġ partiti tal-kampjonat kontra Floriana u White Hart qabel ma jkunu ppreżentati bit-trofew tal-Kampjonat Nazzjonali.
Umpires tal-partita kienu Karl Chircop u James Mizzi.
F’partita oħra mill-istess kampjonat, Floriana Young Stars għelbu lil White Hart 5-0.
Deemer Rapinett, Karl Chircop, Marvin Vella, Joe Ellul Turner, Justin Farrugia u Anton Saliba skorjaw il-gowls għal Floriana Young Stars.
Umpires tal-partita kienu Alessandro Amore u Keith Calleja.
//= $special ?>

