F’Miami ġurnata oħra mill-Open tat-tennis ta’ din is-sena. Jannik Sinner tal-Italja, seed numru 2 fil-kompetizzjoni u bla dubju wieħed mill-favoriti ewlenin, kellu jitħabat aktar mill-previst biex għeleb u elimina lil Alex Michelsen tal-Istati Uniti.
Wara li Sinner rebaħ l-ewwel set 7 – 5 fejn Michelsen dejjem kien fil-partita, l-andament fit-tieni set baqa’ l-istess b’Sinner jgħalaq 6 – 7 u post fil-kwarti finali.
Sorpriża minn Martin Landaluce ta’ Spanja li għadda għal kwarti finali,wara li elimina lil Sebastian Korda tal-Istati Uniti, seed numru 32, li fir-rawnd ta’ qabel elimina lin-numru 1 Carlos Alcaraz. Wara li Korda rebaħ faċilment l-ewwel set 6 – 2 waslet reazzjoni minn Landaluce li minn 6 – 5 minn taħt mar 6 – 6 biex għalaq is-set 7 – 6. Fis-set deċiżiv minn 4 – 4 kien Landaluce li għalaq 6 – 4 u post fil-kwarti finali.
Jiri Lehecka tar-Repubblika Ċeka seed numru 21 għadda wkoll għal kwarti finali wara li għeleb lil Taylor Fritz, seed numru 6. Wara liLehecka rebaħ l-ewwel set 6 – 4 waslet ir-reazzjoni minn Taylor Fritz li minn 4 – 3 għalaq 7 – 6. It-tielet set, dak deċiżiv, kien dominat minn Lehecka li rebaħ 6 – 2 sabiex fil-kwarti finali jilgħab kontra Martin Landaluce ta’ Spanja.
Fil-kompetizzjoni tan-nisa, Elena Rybakina tal-Kazakhistan, seed numru3 fil-kompetizzjoni, għaddiet għal kwarti finali wara li għelbet lil Talia Gibson tal-Awstralja. Rybakina ftit kellha problemi biex tgħaddi mir-rawnd tal-aħħar 16 meta rebħet f’ żewġ sets identiċi 6 – 2; 6 – 2. Fil-kwarti finali Elena Rybakina tilgħab kontra Jessica Pegula tal-Istati Uniti, seed numru 5.
//= $special ?>

