Lokali

Waqt li l-Labour igerfex fiċ-ċifri l-Partit Nazzjonalista jaħdem għalik

Waqt li l-Ministru għall-Finanzi medhi jgerfex fiċ-ċifri u l-miljuni, il-Partit Nazzjonalista qed jaħdem fuq aktar miżuri li minnhom se jgawdu l-Maltin u l-Għawdxin.

Ħames xhur ilu Clyde Caruana qal li jekk ir-rata tal-VAT għall-istabbilimenti tal-ikel tonqos minn 18% għal 7% kif qed jipproponi l-Partit Nazzjonalista, il-Gvern jonqoslu d-dħul bi €80 miljun. Issa, ilbieraħ qal li d-dħul jonqoslu b’€143 miljun.

Il-Labour, bla ma għamel is-somom, ħareġ jattakka lill-Partit Nazzjonalista fuq miżura li tnaqqas it-taxxa.

Waqt li l-Labour medhi jgerfex, il-Partit Nazzjonalista qed jibqa’ jaħdem għan-nies, biex kulħadd jimxi ’l quddiem.